28 persuna sfaw midruba wara li tram qabeż il-linji u nqaleb f’Liżbona, il-Kapitali Portugiża. Bosta minn dawn il-persuni ttieħdu fi sptar fil-viċinanzi għall-kura, iżda jidher li ħadd minnhom ma jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Rapporti mill-Pulizija fil-belt qalu li t-tram qabeż il-linji hekk kif kienet se jibda tiela’ telgħa ewlenija fil-belt, u ħabat ma’ binja fl-inħawi. Tarbija ta’ sitt xhur, u tifel ta’ seba’ snin huma fost il-midruba.
L-inċident seħħ tard il-Ġimgħa filgħaxija fl-inħawi ta’ Lapa, Liżbona.