Grupp ta’ iktar minn 20 volontiera li ġejjien minn diversi pajjiżi Kattoliċi ngħaqqdu flimkien biex għat-tielet sena konsekuttiva qegħdin jorganizzaw ir-Reverse Advent Calendar.
Din l-inżjattiva taħdem l-istess bħall-Kalendarju tal-Avvent, fejn kuljum tul l-erba’ u għoxrin ta’ qabel il-Milied, tinfetaħ tieqa wara tieqa. Id-differenza hawnhekk hija li minflok se tieħu, se tkun qed tagħti xi ħaġa lil ħaddieħor. Dan spjegatu f’aktar detall ir-Reverendu Kim Hurst, li tmexxi l-Foodbank f’pajjiżna.
“The whole idea of the reverse advent calendar is like the normal advent calendar, everyday you open a door and take out a treat. Instead of taking a treat each day, the idea is that you would give this treat. So, everyday during our advent, for the 24 days, you would one non-perishable item into a box.”
L-erba’ u għoxrin prodott li jinġabar huwa essenzjali biex jgħaqqad l-ikliet kollha għal ġimgħa sħiħa. L-ikel jinkludi diversi pakketti tal-għaġin, gallettini u diversi bottijiet tal-preserves.
Il-persuni li jiġu l-bżonn tal-Foodbank ikunu rreferuti min ħaddiema soċjali, għax ikunu morda jew inkella jispiċċaw bla xogħol ħabta u sabta.
Fl-ewwel jiem ta’ Diċembru s’issa applikkaw ħamsin kumpanija u dsatax-il skola, bin-numri mistenni li jiżdied fil-jiem tal-Milied. Barra dawn, kif stqarr magħna Ross Yarnold li huwa l-koordinatur ta’ din l-attività, hemm diversi individwi li qed iċemplu jew immorru l-Foodbank, li turi l-ġenerożità tal-Maltin.
“Individuals who are actually ringing us and saying that they are doing the collection with people that they know.”
Din l-inizjattiva bdiet fl-Ingilterra u imbagħad f’Malta bdiet fi żmien il-Milied tal-2016. Fl-ewwel sena ma tantx kienu ġabru, b’differenza għas-sena li għaddiet, fejn l-ikel miġbur baqa’ jingħata sal-Għid. Dan minħabba li s-sena l-oħra saret aktar pubbliċità dwar din l-attività. Filwaqt li din is-sena qegħdin jisperaw li jkollhom aktar mis-sena l-oħra.
“We are just asking everybody to give a little bit, so the people who don’t have so much this Christmas are able to celebrate Christmas.”