Fl-aħħar indirizz tagħha bħala President għaċ-ċerimonja ta’ Jum ir-Repubblika, l-Eċċellenza tagħha Maire Louise Coleiro Preca tkellmet fuq diversi oqsma.
Stqarret li kienet privileġġata u onorata li kellha din l-opportunità, li taqsam il-hsibijiet tagħha dwar dak li l-kuxjenza tniggiżha dwaru.
“Dan kien privileġġ li ġie misluf lili bis-saħħa tar-rappreżentanti tal-poplu fil-Parlament” – stqarret il-President.
Qalet li għall-ewwel darba, l-ħatra ta’ President ta’ Malta, kien hemm qbil unanimu dwarha kemm mill-Gvern, kif ukoll mill-Oppożizzjoni, minkejja li kienet ġejja minn naħa tal-Gvern.
J’Alla, dan il-qbil unanimu jkompli jirrenja għas-suċċessuri tiegħi, għaliex il-President ta’ pajjiżna, m’għandux ikollu partiti, iżda jrid jaqdi lill-poplu b’lealtà u b’kuxjenza, u mhux biex jintgħoġob.
Tat ħajr lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni li minkejja, mhux l-ewwel darba kont kritika, aċċettaw b’rispett dak li għedt, u apprezzajt li kien hemm anke suġġerimenti li ttieħdu.
“Irrid nagħti ħajr lill-ħaddiema kollha, fid-diversità tas-setturi ekonomiċi u soċjali, tal-ġid u s-servizz bla qies, li jagħtu lill-pajjiżna b’ħidmiethom.
Irrid nagħti ħajr lil dawk kollha li qed joħolqu impjiegi dinjitużi u ta’ kwalita’ f’pajjiżna. Irrid nagħti ħajr lin-nies tan-negozju Maltin u Għawdxin, li qed jieħdu b’serjetà ir-responsabbiltà soċjali tagħhom, b’risq is-soċjetà Maltija.
Jeħtieġ li nkomplu nsaħħu s-sħubija, ta’ bejn il-ħaddiema, il-professjonisti, u n-nies tan-negozju, biex nassiguraw li Malta tagħna tkun tista’ toffri futur dinjituż u prosperu għal uliedna.
Irrid nagħti ħajr, fuq kollox lill-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu, għar-rispett u l-appoġġ li tani.
Nagħti ħajr ukoll lil dawk fostna li anke kkritikawni, forsi kultant b’għaġla u mhux bil-ħsieb, għaliex tgħallimt ħafna minn għandhom ukoll.
Tgħallimt minn kulħadd, speċjalment meta ġejt fostkom.”
Il-Merti:
Tonio Borg KOM
John Dalli UOM
Adrian Vassallo UOM
Emmanuele FM Emanuele Di Villabianca UOM (ONOR)
Michio Endo UOM (ONOR)
Joan Abela MOM
Michael John Bianchi MOM
Paul Falzon Sant Manduca MOM
Mons. Joseph Farrugia MOM
Albert Marshall MOM
Clayton Micallef MOM
Charlie Miceli MOM (wara mewtu)
Rodercik Bovingdon MQR
Arthur Gruppetta MQR
Josephine Mahoney MQR
Ġanni Pace MQR
Ġorġ Peresso MQR
David Michael Schembri MQR
Simon Schembri MQR
Frank Lawrence Scicluna MQR
Louis John Vella MQR
Bernd Schiffarth MQR (ONOR)