Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem lil Malta Repubblika bi tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument tar-Repubblika. Dan il-monument jinsab propju fit-triq imsemmija għad-data li fiha pajjiżna għamel din il-kisba.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li f’Jum ir-Repubblika nfakkru waħda mill-iżjed stejjer importanti fl-istorja ta’ pajjiżna. Huwa saħaq li pajjiżna se jkun qed jiċċelebra din il-ġurnata fi żmien meta qed isiru kisbiet kbar. Huwa saħaq li l-Partit Laburista se jibqa’ jahdem sabiex l-pajjiż ikompli fuq il-kisba kbira li nfakkru f’dan il-jum.
Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mid-deputat Prim Ministru, Chris Fearne u d-deputat mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona. Magħhom ingħaqdu membri tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, il-veterani tal-Partit Laburista, membri tal-Kunsill Lokali tal-Marsa u attivisti oħrajn.