Ġie estiż b’xahar l-istaġun tal-lampuki wara talba li għamlet Malta mal-Kummissjoni Ewropea.
It-talba saret biex jiġi estiż l-istaġun sal-31 ta’ Jannar 2019. Dan minħabba t-temp ħażin li kien qed ikollna fuq il-gżejjer Maltin tul dawn l-aħħar jiem.
Dan wara li l-Gvern Malti ppreżenta rapport iddettaljat fuq il-kundizzjonijiet meterjoloġiċi li affaċjaw is-sajjieda Maltin tul -listaġun tal-lampuki, fejn f’diversi ġranet dan is-sajd ma setax isir.
Sabiex il-Gvern Malti jissalvagwarfja l-għajxien tas-sajjieda Maltin, ħadem sabiex jinġieb permess mill-Kummissjoni għal din l-estenzjoni.
Il-Kummissjoni qablet, wara li qieset kollox, li tilqa’ t-talba ta’ Malta sabiex testendi l-istaġun tal-lampuki għal 31 jum. Din l-aħbar intlaqgħet tajjeb ħafna mis-sajjieda li se jkunu jistgħu jkomplu jistadu għal-lampuki sal-31 ta’ Jannar biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom.