L-Armata nediet skema ġdida ta’ part-timers għall-membri li jirtiraw mill-forza regolari. Din l-iskema se tinfetaħ għall-membri li waslu għall-proċess ta’ irtirar u anke għal eks membri li m’ilhomx iktar minn tliet snin li temmew is-servizz tagħhom.
Membri li jagħmlu parti mill-VRF se jiġu assigurati numru ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa kif ukoll iżommu r-rank u s-salarju tagħhom għal kull siegħa xogħol. Il-membri li jidħlu għal din l-iskema se jiġu assenjati skont l-esiġenzi tas-servizz u skont il-ħiliet individwali tal-persuna.
Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku tal-FAM www.afm.gov.mt.