Il-lukandi kollha f’pajjiżna raw żieda fil-profitti tagħhom matul it-tielet kwart tas-sena.
Dan joħroġ mir-riżultat ta’ stħarriġ tal-MHRA għal dan il-perjodu.
Filfatt, f’dan il-perjodu tas-sena, kważi l-lukandi kollha kienu mimlija.
L-istess stħarriġ jikkonferma li aktar minn 50% tat-turisti li jżuru lil Malta jagħmlu dan għax-xemx u l-baħar.
Ir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja kienu l-iżjed swieq li minnhom ġew turisti lejn pajjiżna.
Il-medja ta’ ġranet li qattgħu f’pajjiżna t-turisti li għażlu lukandi kienet ta’ sitt ijiem, filwaqt li dawk li għażlu akkomodazzjoni privata disat ijiem.