Sa mill-bidu li l-priġunieri jibdew jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, huma jkunu mgħejjuna minn tim multi dixxiplinarju ta’ professjonisti. Dan bil-għan li jkunu identifikati l-fatturi li l-priġunier ikun meħtieġ li jiġi mgħejjun fihom.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia fil-Parlament.
Huwa semma kif apparti dan, kull priġunier li jkun wasal li jtemm is-sentenza tiegħu, minn xhur qabel ma jkun skonta s-sentenza kolla, huwa jiġi mitkellem bil-għan li jkun esplorat dwar jekk hemmx bżonn li jkun assistit sabiex isib impjieg jew akkomodazzjoni.
Il-Ministru indika kif permezz tal-programm tal-Fondazzjoni RISE, ta’ kull sena, numru ta’ priġunieri jsegwu programm ta’ re-integrazzjoni fis-soċjetà b’mod gradwali – liema inixjattiva tidher li qed tħalli l-frott mixtieq.