Ġuvni ta’ 24 sena ttajjar minn karozza li baqgħat sejra. Il-każ seħħ fi Triq l-Ibraġġ, is-Swieqi.
Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit għamlu diversi rondi wara informazzjoni li ġiet mogħtija dwar min seta’ kien involut fl-inċident.
Intant, team mediku kien qiegħed jassisti liż-żagħżugħ. Huwa ġie meħud l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.
Sadanittant, hekk kif il-Pulizija tal-RIU kienu fuq ronda fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar, ġiet innutata karozza tat-tip Subaru li allegatament laqtet lill-vittma. Hekk kif il-Pulizija pruvat twaqqaf lis-sewwieq li għandu 67 minn San Pawl il-Baħar dan saq għal fuq il-vettura tal-RIU.
Fl-impatt ħadd ma weġġa’ u l-vetturi kellhom ħsarat minimi.
Ir-raġel qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jgħina fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.