Kathleen hija l-ħamsin miljun passiġġier li l-kumpanija tal-karozzi tal-linja wasslet matul din is-sena.
Hija ngħatat sorpriża ftit wara li telgħet fuq tal-linja fil-venda tal-Belt fi triqitha lejn id-dar fuq ir-rotta 73 lejn iż-Żurrieq. Kathleen qalet li tirkeb il-karozza tal-linja kuljum biex tivvjaġġa minn post għall-ieħor u sostniet li kulma jmur is-servizz qiegħed jitjieb.
Il-General Manager tal-kumpanija, Konrad Pulè, qal li ħamsin miljun passiġġier f’sena hija kisba importanti u esprima s-sodisfazzjoni teighu li laħqu dawn ir-riżultati pożittiva.
Fil-fatt din is-sena kienet rekord ieħor għat-trasport publiku f’Malta, bil-patronoġġ mistenni jilħaq it-52 miljun sal-aħħar tas-sena. Dan ifisser li mill-ewwel sena tal-operat fl-2015, il-passiġġieri żdiedu bi 30 fil-mija.
B’rezzjoni għal din il-kisba, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li l-Gvern s-servizz tat-trasport pubbliku huwa mezz importanti li jista’ jgħin biex tonqos il-konġestjoni tat-traffiku. Qal li li għalhekk li l-gvern estenda s-servizz b’xen tal-karozzi tal-linja lil eluf ta’ żgħażagħ ta’ bejn l-14 u l-20 sena b’investiment sostanzjali.