Studju ġdid qed jgħid li t-trabi jitgħallmu l-biċċa l-kbira tal-vokabularju tagħhom mingħand missirijiethom.
Dan hekk kif studju mmexxi minn Menghan Zhang fil-Laboratorju tal-Antropoloġija Kontemporanja fl-Università ta’ Fudan sab kif iż-żewġ ġenituri jħallu mpatt fuq il-lingwa li t-trabi jitgħallmu – iżda b’mod differenti. Lura fl-1997 riċerkaturi kienu telgħu bil-ħsieb li għal kuntrarju ta’ dak maħsub, it-trabi jassorbu l-aktar mill-missier. L-istudju, li tawh l-isem ta’ “Father Tongue Hypothesis” kienet ibbażata minn Estella Poloni u aktar riċerkaturi mill-Universitàta’ Geneva, li ħarset lejn il-ġenetika tal-missier u tal-omm u kif ukoll il-korrelazzjonijiet tal-varjazzjonijiet fil-lingwaġġ.
Għalkemm it-terminoloġija, “mother tongue” mhix skorretta, dan hekk kif l-ommijiet ukoll iħallu mpatt kbir fuq kif jitgħallmu l-lingwa t-trabi.
It-trabi normalment iqattgħu l-aktar ħin ma’ ommhom u għalekk jibdew jitgħallmu l-‘mother tongue’ ferm qabel jitwieldu.
Sa dan il-punt huma jkunu jistgħu jiddistingwu bejn il-‘mother tongue’ u lingwa oħra, u jkunu jistgħu jirrikonoxxu sa’ 800 kelma. L-omm mhux biss tħalli mpatt fil-lingwa mitkellma mit-tarbija, iżda saħansitra hi l-omm li tgħallem lit-trabi l-aktar dwar tradizzjonijiet, imġieba, responsabbiltajiet u kollox li hu marbut mal-kultura.
Kien wara li komplew bl-istudju u intensifikaw ir-riċerka li sabu li filwaqt li l-pronunzja tal-kliem u l-ħsejjes mingħand l-omm, il-biċċa l-kbira tal-vokubolarju nakwistawh mingħand missirijietna.