Madwar 25 persuna weġgħat wara li raġel armat u liebes maskra qed ikun irrapurtat li fetaħ in-nar fil-kumpless taċ-ċinema Kinopolis fil-Punent tal-Ġermanja.
Il-media Ġermaniża qed tirraporta li l-persuni weġgħu waqt l-attakk li seħħ fi Viernheim, qrib Frankfurt. Qed jingħad li r-raġel armat qiegħed fuq ġewwa tal-kumpless, imdawwar minn pulizija armati. Għalissa għadu mhux magħruf jekk hux qiegħed waħdu jew inkella ħax ostaġġi.