Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’Ottubru li għadda, il-persuni fuq il-kotba tal-qgħad naqsu għal 1,790 jew bi kważi 23% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Ċifri pprovduti mill-Aġenzija tax-xogħol, Jobsplus, juru li f’Ottubru li għadda il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’529 minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad.
L-NSO qal li l-qgħad naqas fost il-kategoriji kollha bl-akbar tnaqqis ikun irreġistrat fost il-persuni li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sena.
Il-qgħad fost il-persuni b’diżabilità naqas bi 63 persuna meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet biex issa niżlu għal 232 persuna.