Carmen Zammit, prostituta ta’ ħamsin sena, kienet arrestata u tresqet il-Qorti b’rabta m’allegat każ ta’ prostituzzjoni fil-Marsa.
Il-Qorti semgħet kif b’ilbies indiċenti u provokattiv, l-akkużata kienet tipprova tħajjar klijenti potenzjali, billi tagħmel mossi seduċenti fi triq traffikuża fil-Marsa quddiem dawk li jkunu weqfin jistennew id-dwal tat-traffiku jaqilbu.
Meta mbagħad kien jirnexxilha tattira l-klijenti, allegatament kienet teħodhom f’garaxx viċin fil-Marsa.
Paul D’Amato, anzjan ta’ tnejn u sebgħin sena huwa sidu, u flimkien mal-prostituta tressaq il-Qorti akkużat li ħalla l-garaxx tiegħu jintuża mill-mara għall-prostituzzjoni.
Huwa kien akkużat li qatt m’indika li kienet għaddejja attivita llegali fil-garaxx tiegħu.
Fil-Qorti ntqal kif il-mara kienet arrestata wara li kienet ilha tiġi mwissija għal sitt xhur.
Iż-żewġ akkużati inkwistjoni ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom, u ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ ħames mitt ewro u garanzija personali t’erbat’elef ewro.
Dan filwaqt li ġew ordnati biex ma joħorġux mid-dar bejn is-sebgħa ta’ filgħaxija u s-sitta ta’ filgħodu.
Minbarra dan, ir-raġel ġie ordnat biex ma jersaqx lejn il-garax u biex ma jkellimx lill-mara.