Aktar minn ġimgha wara deċiżjoni tal-Qorti fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina jidher li mhux se jkun hemm azzjoni mill-kap nazzjonalista Simon Busuttil fil-konfront ta’ Bezzina.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Mexxej Chris Cardona qal li l-aġir ta’ Simon Busuttil qed jikkontradixxi d-dokument dwar l-istandards li ħareġ bih l-Partit Nazzjonalista f’Diċembru li ghaddha.
Iżda minflok jimxi skont dan id-dokument, Busuttil li jilgħaba taċ-champion tal-good governance qed jagħżel li ma jieħux azzjoni u jaġixxi b’double standards.
Id-Deputat Mexxej qal li l-Partit Nazzjonalista minn dejjem ħeba dan il-każ tant li ħeba inkjesta b’rabta mal-każ ta’ Bezzina qabel l-elezzjoni tal-2013. Inkjesta li fiha kien intqal li l-ħaddiema għamlu xogħol fil-każin Nazzjonalista wara l-ħin tax-xogħol.
L-avukat Stefan Zrinzo Azzopardi qal l-Partit Nazzjonalista irid jiddefendi għalkollox lil Toni Bezzina.
Fakkar f’dak li qal Simon Busuttil li fi Frar 2015 meta ħareġ dan il-każ Busuttil sejjaħlu tfigħ ta’ tajn u qal li se jistenna l-kawża tal-libell u issa qed jistenna l-appell. Iżda jidher li Bezzina se jiqba jgawdi l-fiduċja ta’ Busuttil.