Wara li lbieraħ waranofsinhar telgħu l-poloz tal-fażi ta’ kwalfikazzjoni tal-Euro 2020, tard ilbieraħ stess tħabbret l-ordni ta’ kif ser jintlagħabu l-logħbiet.
Malta, li ser tilgħab fi Grupp F, kontra Spanja, Svezja, Norveġja, Rumanija u Faroe Islands, ser tiftaħ l-impenji tagħha f’pajjiżna s-Sibt 23 ta’ Marzu kontra l-Faroe Islands. Tlett ijiem wara, jiġifieri t-Tlieta 26 ta’ Marzu Malta tilqa’ lil Spanja fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.L-ewwel impenn għal Malta barra l-pajjiż ikun kontra Svezja l-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2019 biex tlett ijiem wara t-tim Malti jilqa’ lir-Rumanija f’Ta’ Qali.
F’Settembru 2019, it-tim nazzjonali Malti jilgħab żewġ logħbiet barra l-pajjiż, l-ewwel fil-5 ta’ Settembru kontra n-Norveġja fejn wara fit-8 ta’ Settembru kontra r-Rumanija.
Is-Sibt 12 ta’ Ottubru Malta tilgħab kontra Svezja f’Ta’ Qali u fil-15 ta’ Ottubru tilgħab away kontra l-Faroe Islands.
L-aħħar żewġ logħbiet ta’ din il-fażi jintlagħbu f’Novembru. L-ewwel kontra Spanja fil-15 ta’ Novembru fi Spanja stess biex wara Malta tilqa’ lin-Norveġja f’Ta’ Qali.