L-uffiċjali ta’ Florida jemmnu li qabdu l-kukkudrill li l-ġimgħa li għaddiet, kaxkar tifel ta’ sentejn waqt li kien fis-Seven Seas Lagoon qrib kumpless ta’ Disney f’Orlando. Il-kukkudrill ġie identifikat wara li tqabblu l-marki tas-snien tiegħu ma’ dawk misjubin fuq ġisem it-tifel.
Il-Kummissjoni ta’ Konservazzjoni tal-Annimali selvaġġi u l-ħut fi Florida qalet li ssospendiet l-attivitajiet tal-kukkudrilli fiż-żona. Intqal li b’kollox tneħħew sitt kukkudrilli u li l-uffiċjali ibbażaw il-konklużjonijiet tagħhom fuq analiżi tal-esperti u minn osservazzjonijiet mill-ħaddiema t’esperjenza li jinvestigaw il-gdim fatali ta’ kukkudrilli bħal dawn.
Kemm l-omm kif ukoll il-missier issieltu sabiex jippruvaw jiġbdu lil binhom mill-ilma iżda dan kien kollu għalxejn. L-awtopsja uriet li t-tifel miet wara li feriti trawmatiċi li ġarrab u għereq. Intant, mill-elf disa’ mija tmienja u erbgħin, kienu tnejn u għoxrin persuna li nqatlu minn dawn il-kukkudrilli fl-istat ta’ Florida.