Tlesta xogħol ta’ titjib fil-faċilitajiet ta’ parkeġġ, tagħbija u ħatt tal-mediċini fl-imħażen tas-Central Procurement and Supplies Unit tal-Ministeru tas-Saħħa f’San Ġwann. Ħabbar dan il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg fejn spjega kif ftit xhur wara li twaqqfet Infrastructure Malta, mhux biss bdiet twettaq il-mira tal-Gvern għal toroq aħjar, iżda qed tappoġġja żviluppi infrastrutturali oħra.
Fosthom spjega il-Ministru “bħal m’hu qed naraw fil-Kalkara, fejn bħalissa għaddej xogħol ta’ titjib tal-faċilitajiet tal-Malta Film Commission.”
Spjega kif kollaborazzjonijiet bħal dawn jiżguraw li tkompli titjieb il-ħidma tal-Gvern għal aktar progress sostenibbli f’kull qasam tal-ħajja soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna.