Id-diskors ta’ Adrian Delia llum kien wieħed surreali. Jagħżel hu liem storja fuq il-gazzetta Sunday Times jistħoqqilha kredibbiltà u liem skont hu hi spin. Liem jistħoqqilha riżenja u liem le. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
L-istqarrija tgħid li kieku Adrian Delia ried iżomm ftit kredibbiltà, minflok kompla jirrepeti allegazzjonijiet u jitlob riżenja ta’ ħaddieħor, kien jindirizza issues fil-konfront tiegħu jew bil-kejl tiegħu stess jirreżenja.
Il-PL temm jgħid li llum Delia jinsab f’kantuniera minħabba li ta’ qablu ġiegħluh ikompli bin-negattività li bdew huma stess.