Raġel indarab gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-5:45 ta’ filgħodu fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 57 sena residenti f’Raħal Ġdid safa’ milqut minn vettura tat-tip Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Birkirkara.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija dw ar dan l-inċident għadhom għaddejjin.