Intlaħaq qbil bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina li jiġu sospiżi t-tariffi tal-kummerċ għal tliet xhur. Dan seħħ wara laqgħa li saret bejn il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-President Ċiniż Xi Jinping. L-għan ta’ din id-deċiżjoni huwa li jkun hemm aktar lok għad-diskussjonijiet.
Sorsi qrib il-White House qalu li f’każ li tul dawn it-tliet xhur ma jintlaħaq ebda qbil, it-tariffi fuq l-affarijiet li jkunu esportati miċ-Ċina għall-Istati Uniti jogħlew, u jilħqu l-25%.