Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tal-Pietà. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-03:15 tal-Ħadd filgħodu, fi Triq ix-Xatt, il-Pietà.
Jidher li raġel ta’ 57 sena mill-Eritrea, residenti fil-Ħamun, tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq, tat-tip Toyota Corolla, b’konsegwenza li ħabat ma’ crash barrier.
Fuq il-post issejħet ambulanza, li ħadet żewġt irġiel mill-Eritrea li kienu passiġġiera fil-vettura l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard, wieħed mill-irġiel, li għandu 35 sena u residenti l-Furjana, ġie ċċertifikat li qiegħed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, fliwaqt li r-raġel l-ieħor li għandu 38 sena u residenti Tal-Pietà ġie ċċertifikat li qiegħed issofri minn ġrieħi ħfief.
L-nvestigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.