L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed jirtiraw twissija li ħarġet dan is-Sajf dwar bajd ġej minn żewġ irziezet differenti, li kienu nfettati bis-salmonella. Iż-żewġ irziezet segwew struzzjonijiet mogħtija lilhom mill-awtoritajiet u qed jipproduċu bajd frisk.
Lura fis-Sajf, il-pubbliku kien imwissi ma jikkunsmax bajd li ġej mir-razzett St.Joseph, jew minn razzett fi Triq San Domenica,ir- Rabat, Għawdex.
Is-salmonella nstabet f’dawn iż-żewġ ditti differenti wara studju mill-Programm Nazzjonali għall-Kontroll tal-Affarijiet Veterinarji.