Statistika tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropeja turi li pajjiżna kellu r-raba’ l-inqas rata ta’ qgħad matul ix-xahar li għadda fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Malta kellha rata ta’ 3.7%, l-istess rata tal-Ungerija. L-uniċi pajjiżi b’rata ta’ qgħad inqas minn ta’ Malta kienu l-Kroazja u l-Ġermanja.
Meta mqabbla mal-istess xahar is-sena li għaddiet, l-istatistika turi li pajjiżna kompla jnaqqas il-qgħad.
Il-pajjiżi li rreġistraw l-ogħla rata ta’ qgħad kienu l-Ġreċja bi kważi 19%, u Spanja bi kważi 15%.
Ir-rata medja ta’ qgħad fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 6.7%, bir-rata medja fiż-żona ewro tkun dik 8.1%. Dan ifisser li r-rata ta’ Malta kienet aktar min-nofs tal-medja Ewropea.
L-istatistika tal-Eurostat turi wkoll li b’9.5%, Malta kellha s-sitt l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. Dan ifisser tnaqqis ta’ 1.7%, meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
Ir-rata medja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea kienet dik ta’ 15.3%, bir-rata ta’ qgħad fiż-żona ewro tkun ta’ 17.3%.