Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li sal-aħħar ta’ Ottubru li għadda, id-dejn tal-Gvern naqas b’aktar minn €394 miljun jew b’7% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
Fi stqarrija, l-NSO qal li fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena l-iżbilanċ fil-fond konsolidat kien ta’ €24 miljun.
Fl-istess perjodu d-dħul rikorrenti tal-Gvern żdied bi kważi €214-il miljun, żieda ta’ 6.5% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Dan kien attribwit għal żieda fid-dħul mill-income tax, il-VAT u l-Bolla.Bejn Jannar u Ottubru, in-nefqa tal-Gvern żdiedet b’aktar minn €242 miljun jew 7.4%.
Iċ-ċifri tal-NSO juru li n-nefqa tal-Gvern fi proġetti kapitali fosthom bini u manutenzjoni ta’ toroq żdiedet b’€89 miljun għal aktar minn €326 miljun.
L-istatistika tal-NSO turi wkoll li l-imgħaxijiet fuq id-dejn tal-Gvern naqsu minn kważi €182 miljun għal €175 miljun, tnaqqis ta’ €6.7 miljun sitt meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.