Numru ta’ kunsinji tal-mediċina tal-Valsartan Mylan se jkunu rtirati mill-ispiżeriji, u se jinbidlu b’tip ieħor ta’ din il-mediċina. Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-fl-aħħar sigħat Aġenzija Ewropea għall-Mediċini rrakkomandat li jiġu rtirati dawn il-mediċini minħabba impurità.
Il-pazjenti qed ikunu mwissija ma jwaqqfux il-mediċini tal-pressjoni mingħajr ma jkellmu tabib. Fl-istess ħin, il-POYC qed tieħu l-passi meħtieġa biex tipprovdi l-ispiżeriji b’aktar stokk ta’ prodotti Valsartan mhux milquta bl-impurità.
Il-Ministeru qal li l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin se jkomplu jsegwu l-informazzjoni li qed tingħata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u jżommu lill-pubbliku mgħarraf b’kull żvilupp.