Jidher li ħadd ma’ weġġa’ wara li makkinarju tat-tħaffir waqa’ fit-triq f’Tal-Barrani. Kawża ta’ dan inġema’ t-traffiku f’dawn l-inħawi, partikolarment fid-direzzjoni lejn l-ajruport.
Diversi persuni nħasdu hekk kif dan it-tagħmir allegatament waqa’ minn fuq trakk, iżda ma hemm ebda rapporti ta’ persuni feruti.