Ir-riħ qawwi li qed jgħaddi minn fuq il-Gżejjer Maltin illum ta saħħa liema bħalha lill-baħar li jdawwarna, tant, li x-xatt ta’ Marsalforn spiċċa’ mgħerreq.
F’filmat li qed jixxandar fuq il-midja soċjali, il-mewġ jidher tiegħla sat-tined tal-istabbilimenti tal-ikel fl-inħawi, li spiċċaw mgħerrqa.
It-twissija ta’ riħ qawwi li ħareġ l-Uffiċċju Meteroloġiku Malti jidher li se tibqa’ fis-seħħ sal-22:00.