Minn tal-inqas miljun naħla qed ikun issuspettat li ġew vvelenati f’żona fejn jinħoloq l-inbid fl-Afrika t’Isfel. X’aktarx kienu xi insettiċidi li ntużaw f’razzett tal-inbid li qatlu lin-naħal.
Naħal ieħor fiż-żona ta’ Cape Town ukoll ġew affettwati, iżda s’issa għad m’hemmx konferma kemm mietu.
L-insettiċida Fipronil qed ikun maħsub li kien il-kawża tal-mewt ta’ miljuni ta’ naħal fl-Ewropa.
Kien wara kampanja kontra dan l-insettiċida li ġie ristrett fl-Ewropa fl-2013.