Fost il-motivi li għenu sabiex dal-pass ikun mgħaġġel kien hemm dawk relatati mas-sigurtà tal-persuni abbord hekk kif il-bastiment kien f’kundizzjoni ħażina.
Fil-fatt, il-bastiment kelli jkun irmunkat minn dgħajsa tas-sajd sakemm daħal fil-port ta’ Ragusa.
Kien is-Sibt filgħaxija meta bdew jitniżżlu n-nies. L-ewwel li niżlu kien 12-il tifel u tifla, li 5 minnhom kienu trabi, u madwar 50 mara.