L-Oppożizzjoni preżentat Mozzjoni fil-Parlament li ssejjaħ biex jitwaqqaf Kumitat Parlamentari li jkun jista’ jagħmel skrutinju tal-persuna li qed tiġi nominata mill-Gvern Malti biex tkun Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta. Il-Gvern wieġeb billi nnota l-mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni, iżda ma jistax ma jirrimarkax li għal darb’oħra li din qed tagħmel biss proposta nofsha moħmija.
Kif diġa’ mħabbar u spjegat mill-Prim Ministru u esponenti oħra tal-Gvern, il-Gvern qed jiffinalizza abbozz ta’ liġi sħiħ, maħsub u komprensiv, li jkopri regolaturi f’diversi oqsma kif ukoll ambaxxaturi u li se jkun qed jitressaq fil-ġimgħat li ġejjin.
Dan ifisser li dan il-Gvern se jkun qed idaħħal f’Malta dak li l-ebda Gvern Nazzjonalista qatt ma daħħal kemm dam fil-Gvern f’25 sena.