Il-Gvern nieda pjattaforma ġdida sabiex toħloq aktar koperazzjoni fil-qasam tal-adozzjonijiet. Is-Sur Matthew Vella, kap eżekuttiv tal-Awtorità tal-istandards fil-qasam tal-ħarsien soċjali sjega kif il-Gvern ħass il-ħtieġa li titnieda pjattaforma sabiex tistruttura l-operat tad-diversi aġenziji tal-adozzjoni f’Malta li joperaw f’dan il-qasam tant delikat.Il-Ministru għall-Familja u Ħarsien Soċjali Michael Falzon spjega kif din il-pjattaforma li ħa tiltaqa’ erba darbiet fis-sena se tkun qed isaħħaħ l-istandards f’dan is-settur tant delikat. Huwa spjega kif din is-sena diġà ġew adottat tmienja u tletin tifel u tifla minn bosta pajjiżi minn madwar id-dinja u sostna kif il-Gvern huma kommess li jkompli jgħin lill-familji li jkunu se jadottaw it-tfal.
Il-Ministru Michael Falzon spjega kif “l-intenzjoni tagħna mhux nippreferu lil ħadd izda li ngħinu lil kulħadd. Tadotta ma’ min tadotta, l-għotja ta’ €10,000 li daħħalna biex ikopri parti mill-ispejjeż jgħodd għal kulħadd.”
Fost il-pajjiżi li qed jiġu adottati t-tfal issa hemm ukoll il-Bulgarija. Il-Ministru spjega wkoll kif il-Gvern se jkompli jaħdem sabiex permezz ta’ taħdidiet diplomatiċi jkomplu jiżdiedu l-pajjiżi minn fejn ikunu jistgħu jiġu adottati t-tfal.
Hu qal “inħarsu ‘l quddiem li dan il-qasam soċjali tant għal qalbna biex naraw li jimxi ‘l quddiem imma b’sens ta’ simplifikazzjoni, b’inqas burokrazija u aktar riżultati fl-aħjar interess tat-tfal.”