Persuna nqatlet u aktar minn 40 oħra ndarbu – uħud minnhom serjament, wara li l-għargħar kbir fi Spanja wassal biex ferrovija li kienet fi triqtha minn Manresa lejn Barċellona, ħarġet minn fuq il-binarji.
Żewġ vaguni minn 6 spiċċaw ’il barra minn fuq il-binarji mal-35 kilometru ’l bogħod minn Barċellona.
Pumpiera u paramediċi evakwaw lill-131 passiġġier abbord il-ferrovija miż-żona, u ħadu lill-għexieren li ndarbu lejn l-isptar.