Intervista interessanti mal-kittieb Malti Trevor Zahra, li saret fuq ONE Breakfast dalgħodu, tefgħet dawl fuq il-lingwa Maltija u xi żbalji persistenti fost studenti Maltin fil-lingwa.
Mistoqsi għalfejn jaħseb li hemm aktar studenti jmorru aħjar fl-Ingliż milli fil-Malti, l-awtur spjega kif hemm diversi affarijiet li jiddeterminaw dan. Zahra rrefera għad-drawwa li hija persistenti f’divesi djar Maltin, li l-qraba jkellmu lit-tfal bl-Ingliż biss, jew taħlita skorretta ta’ Ingliż u Malti.
Punt ieħor li qed jaffettwa l-mod kif l-istudenti qed jużaw il-Malti llum il-ġurnata, huwa n-nuqqas ta’ qari. “It-tfal illum mhux jaqraw biżżejjed”, tenna l-awtur, li żied isostni li f’Malta hawn nuqqas ukoll ta’ Malti miktub fil-pubbliku.
Iżda, il-Malti vera sar lingwa barranija fid-djar tagħna?