Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja, u Affarijiet Interni tal-Parlament Ewropew kellu kliem pożittiv għall-fatt li pajjiżna laqa’ s-suġġeriment li jsejjaħ il-Kummissjoni Venezja.
Dan intqal f’diskussjoni dwar rapport li sar fuq pajjiżna mid-delegazzjoni li kien hemm parti minnha l-ewroparlamentari Nazzjonalista, Roberta Metsola.
Anke jekk reġa’ kien hemm kritika inġusta lejn Malta, iċ-ċerpersin ta’ dan il-grupp, l-MEP Sophia in ‘t Veld, tkellment ċar dwar l-importanza tal-Kummissjoni Venezja:
“On the positive side we welcome that the Maltese government has taken our suggestion to invite the venice commission to do an audit. Venice Commission will report back in December”.
Din l-MEP ma kinetx l-uniku waħda li tkellmet dwar kemm hu pożittiv li ġiet Malta l-Kummissjoni Venezja. L-MEP Awstrijak Josef Weidenholzer qal li hu ukoll laqa’ d-deċiżjoni ta’ Malta li tilqa’ lill-Kummissjoni Venezja.
Dan ifisser li fil-kumitat kien ikkonfermat kif il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, li ħareġ jattakka din il-kummissjoni, hu iżolat għalkollox dwar dan is-suġġett.
Fil-fatt attakka bl-aħrax lill-Gvern li ħa dan is-suġġeriment. Suġġertiment li ttieħed għax kif spjega l-Prim Ministru m’għandux min xix jiddejjaq.
Biex issa lil Delia anke l-grupp ta’ Roberta Metsola qed jgħidlu li m’għandux raġun.