Ftit qabel is-01:00 tat-Tlieta filgħodu seħħet splużjoni f’waħda mill-kmamar tal-kumpless tan-nar ta’ Santa Marija f’Ħal-Għaxaq. Din l-isplużjoni oriġinat mill-magna tal-porvli.
Din normalment titħalla taħdem bil-lejl minħabba l-periklu. L-isplużjoni qawwija li heżżet Ħal-Għaxaq instemgħet minn diversi partijiet ta’ Malta fosthom ir-Rabat, il-Freeport u Ta’ Sliema.
Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex neħħew kull periklu li kien hemm kawża tal-isplużjoni kif ukoll issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda fortunatament ma kien laħaq weġġa’ ħadd.
Persuna li rat l-isplużjoni mill-inħawi ta’ Birżebbuġa spjegat kif għall-ħabta tas-01:00 rat ammont kbir ta’ murtali jieħdu f’daqqa fil-baxx.
Kelliem għal din il-kamra ikkonferma dan l-inċident u sostna li fortunatament ma kien weġġa’ ħadd.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.