Rapport ta’ xufier sid vettura tat-tip Alfa Romeo, irriżulta fin-negattiv. Dan hekk kif kien għall-ħabta tal-17:20 fi Triq Mile End fil-Ħamrun meta x-xufier għamel rapport li sab is-seat tal-vettura tiegħu mċaqlaq.
Membri mid-Dipartiment ta’ kontra l-Isplussiv issejħu għall-għajnuna fejn wara ħidma sfieqa t-tfittxija rriżultat fin-negattiv.
It-triq ingħalqet għal xi ħin fejn issa tinsab miftuħa għat-traffiku.