Fis-sena meta l-Belt Valletta hija l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, fi Triq il-Merkanti u Triq ir-Repubblika nxtegħel dawl ġdid tal-Milied. Dan qed issir bħalissa hekk kif qed inxtegħlu t-toroq prinċipali tal-Belt Kapitali.
Għal din l-okkażjoni, hawn preżenti l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici fejn qal kif dan qed isir permezz tal-għaqda bejn l-għaqdiet u l-komunità Beltija.
Is-Segretarju Parlamentri għall-Valletta 18, Deo Debattista qal kif il-Belt Valletta transformat matul iż-żmien u se tkompli titrasforma matul iż-żmien li ġej. Dan permezz tal-investiment ta’ €30 miljun fit-toroq tan-naħa t’isfel tal-Belt Kapitali.
Iċ-Chairman tal-Valletta 18 Jason Micallef qal kif dan il-proġett ta bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied fil-Belt Valletta. Barra min hekk din is-sena, intrama wkoll il-presepju Malti go Pjazza Tritoni, li jkompli jżid l-ispirtu tal-Milied fil-Belt Kapitali.
It-tlieta l’ huma saħqu kif ħadmu mal-komunità kummerċjali tal-Belt Valletta u sabu għajnuna sħiħa minnhom.