Bħala parti mil-legat li qed tħalli warajha Valletta elfejn u tmintax bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura, l-istorja rikka tal-kapitali Maltija se tkompli tkun esposta madwar id-dinja.Dan f’dokumentarju t’għoxrin minuta dwar il-Belt Valletta maħdum minn Euronews.
Matul id-dokumentarju, il-preżentatur Chris Burns rifes l-għatba ta’ bosta postijiet storiċi fosthom it-Teatru Manoel, il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Parlament u l-Berġa ta’ Kastilja.
Burns kellu wkoll l-opportunità li jduq ikel tradizzjonali Malti, bħall-pastizzi u l-ftira.
Fid-dokumentarju jidhru intervisti ma’ nies minn oqsma differenti.
Il-Ministru Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista u ċ-Ċermen ta’ Valletta elfejn u tmintax Jason Micallef, ilkoll innotaw li din is-sena serviet ta’ opportunità biex il-Belt Valletta terġa’ tingħata l-ħajja.
Biex issa li ninsabu lejn l-aħħar tas-sena li tagħlaq is-separju ta’ Valletta elfejn u tmintax, id-dokumentarju juri biċ-ċar li din is-sena se tħalli legat kbir u li l-ħajja li tfur fil-Belt żgur mhux se tintilef ma tmiem din is-sena.