Is-Sibt waranofsinhar it-tim Malti ta’ taħt id-dsatax-il sena kiseb dro prestiġjuż ta’ 1-1 kontra l-Belġju. Din il-logħba hija valida minn Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-UEFA ta’ taht il-19-il sena.Il-Maltin immexxija mill-kowċ Winston Muscat marru fil-vantaġġ wara 11-il minuta b’awtogowl ta’ Brendan Schoonbaert. L-istess plejer Belġjan għamel l-iskor indaqs fil-45 minuta.
Fl-aħħar ħinijiet il-gowlkiper Malti wettaq żewġ saves tajba biex żamm ir-riżultat finali ta’ 1-1.
It-tim Malti jerġa’ jkun fl-azzjoni nhar it-Tlieta li ġej għall-aħħar logħba tiegħu kontra l-Litwanja.
Ritratt: Joe Borg / MFA