L-MEP Portugiża Ana Gomes spiċċat suġġet fuq l-euanticorruption.com minħabba dawk li qed ikunu deskritti bħala rabtiet mad-dinja ta’ frodist mill-kbar. Mukhtar Ablyzavov huwa magħruf għax wettaq uħud mill-iktar reati finanzjarji fl-istorja tad-dinja.
L-MEP Portugiża aġixxiet b’mod li għokor għajn il-ġurnalisti Ewropej meta f’Settembru kienet il-Każakistan bħala parti minn delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Hemm hi dehret ma’ Gaini Yerimbetova, persuna li hija magħrufa għallfatt li taħdem taħt l-influwenza tal-frodist Mukhtar Ablyazov. Din il-mara hi omm ċertu Bota Jardemalie, deskritt bħala l-id il-leminija ta’ dan il-kriminal magħruf li sempliċiment tfittxija fuq Google turi għal xiex kien kapaċi jasal. Binha l-ieħor ukoll għadu kif spiċċa seba’ snin ħabs. Il-mara li Gomes dehret magħha nqabdet f ’xi ritratti taħdem għall-frodist u toħodlu ħsieb l-online u l-Facebook partikolarment.
Għaddej sforz enormi fuq Facebook biex Ablyazov jitpinġa bħala vittma hu biex jagħmel dan juża organizzazzjoni magħrufa bħala Odf. Is-sit li jirrapporta dwar korruzzjoni jgħid b’mod ċar: “Dan kollu jpinġi stampa ta’ allarm,” jingħad ċar u tond. Fil-fatt, saret il-mistoqsija għaliex uffiċjal għoli tal-UE u MEP, Viċi Ċermen ta’ kumitat fuq il-kriminalità finanzjarja, qiegħda viċin nies li jaħdmu taħt l-influwenza ta’ frodist magħruf b’każi kontrih li jlaħħqu l-ħames miljun dollaru Amerikan inkluż mill-Qorti ta’ Londra. Dan hu bniedem li qed jgħix b’mod ħieles fi Franza minkejja dan kollu.
“Huwa ta’ sfortuna li Gomes tidher li qed tappoġġja dawn l-isforzi,” jgħid ir-rapport b’referenza għal kampanja li għaddejja biex il-frodist jidher vittma. Gomes iddefendiet l-aġir tagħha għax qalet li fil-Każakistan qajmet kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem fil-ħabs. Wieħed minnhom hu ta’ persuni qrib Ablyazov imma qalet li fl-ebda ħin it-tħassib tagħhom ma kien marbut ma’ dawn in-nies u x’rabtiet jista’ jkollhom biex spiċċaw il-ħabs.