Anke jekk hemm investigazzjoni preliminari mill- aġenzija ta’ kontra l-frodi tal-Unjoni Ewropea,L-Olaf, ufficjali tal-Partit Nazzjonalista qed jibqgħu jgħidu li m’hemmx investigazzjoni dwar l-ewroparlamentari nazzjonalista David Casa, sabiex jiddefenduh.
Is-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli iddefenda lill-ewroparlamentari nazzjonalista David Casa li għandu akkużi serji ta’ teħid u tixrid ta’ droga kif ukoll tbagħbis bi flus ta’ fondi tal-Parlament Ewropew.
Clyde Puli qal li David Casa mhux jiġi investigat.
“Sal-bieraħ ma kienx qiegħed jiġi investigat.”
Ġimgħatejn ilu l gazzetta Malta Today irraportat li l-aġenzija ta’ kontra l-frodi tal-Unjoni Ewropea, l-OLAF bdiet investigazzjoni preliminari fil-konfront ta’ David Casa.
Dan wara li eks impjegat ta’ Casa, f affidavit ġuramnetat tkellem dwar kif David Casa kien jagħmel uzu eċċessiv mid-droga kokaina.
Imbgħad ta dettalji dwar kif L europarlamentari nazzjonalista allegatament kien iżid bil-kbir is-salarju tiegħu biex imbagħad parti minnha ma joħodhiex il-ħaddiem, iżda tmur għal użu ieħor. Saħansitra fuq il-karta l-ħaddiema tiegħu kienu jitħallsu iktar minnu.
“Fuq David Casa kull min qiegħed taħt investigazzjoni għandu jirriżenja? Jien ilbieraħ iċċekjat u ma kien hemm xejn … dalgħodu jien ma ċċekjajtx għax kont il-counting hall.”