Żagħżugħ Iżraeljan tressaq il-Qorti akkużat b’importazzjoni ta’ ponn tal-ħadid.
Dekel Ovadia ta’ 24 sena mill-Israel inqabad fil-pussess ta’ ponn tal-ħadid mal-wasla tiegħu mill-ajruport ta’ Tel Aviv għal btala ta’ 4 t’ijiem. L-arma illegali nstabet fil-bagalja tiegħu ġewwa l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fejn irriżulta li ma kinitx rreġistrata mad-dipartiment tad-dwana f’Malta.
Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Żammit Ovadia ammetta għall-akkużi miġjuba kontrieh u skuża ruħu. Id-difiża permezz tal-Avukat David Gatt talbet sentenza sospiża ta’ 6 xhur għal sena u li jerġa’ lura l-Israel illum stess.
Madankollu l-Maġistrat argumentat li sentenza sospiża hija ineffettiva u b’hekk ordnatu jħallas ta’ €700. L-akkużat għażel ukoll li jħallas €500 qabel ma’ qabad triqtu lura lejn l-Israel.
L-avukat David Gatt deher difiża għaż-żagħżugħ.