Żewġt irġiel ġew arrestati wara li l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga sabithom fil-pussess ta’ aktar minn nofs kilo droga.
L-arrest ta’ raġel ta’ 39 sena minn Raħal Ġdid u raġel ieħor ta’ 56 sena minn Marsaskala seħħew ilbieraħ filgħaxija wra li nstabu fil-pussess ta’ ħames blokok allegatament raża tal-kannabis, li l-piż kumplessiv tagħhom huwa ta’ madwar 600 gramma.
Wara aktar investigazzjonijiet ġiet arrestata mara ta’ 39 sena minn Marsaskala.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li ordnat li ssir inkjesta, u ħatret diversi esperti biex jgħinuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, u mhux eskluż li dawn il-persuni jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ din is-sejba.