“Din hija fażi oħra u pjuttost delikata għall-Gvern Ingliż għaliex hemm opinjonijiet differenti fuq x’għandu jkun il-ftehim li r-Renju Unit jaċċetta mal-Unjoni Ewropea”. Din kienet ir-reazzjoni tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela dwar l-aħħar żviluppi marbuta ma’ Brexit imħabbra tard ilbieraħ filgħaxija.
Il-Ministru żied jgħid li n-negozjatur ewlieni għall-Brexit Michel Barnier qed jinnegozja mar-Renju Unit f’isem is-27 Stat Membru Ewropew, iżda jidher li l-isfida li jmiss għal dan l-abbozz huwa propju fil-Parlament Ingliż.
Temm jispjega li mad-deċiżjoni tal-Parlament Ingliż, jiskatta l-proċess ta’ ftehim bejn il-bqija tal-Unjoni Ewropea.