Il-Kabinett ta’ Theresa May approva l-pakkett Brexit. Dan ikkonfermatu l-Prim Ministru Ingliż stess, li qalet li dan il-ftehim li tfassal mir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea lbieraħ huwa l-aħjar li seta’ kien innegozjat bejn iż-żewġ partijiet.
F’kummenti lill-midja barra l-uffiċċju tagħha f’Downing Street, Londra, qalet li se tkun qed tagħmel aġġornament għada fil-Parlament f’Westminster dwar Brexit.
Id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se tkun il-Ġimgħa, 29 ta’ Marzu, 2019.