Familja li tifel tagħhom miet f’inċident ta’ traffiku wara li ttajjar, ingħataw kumpens ta’ €106,000.
Karl Fenech fl-eta ta’ 34 sena miet erbat ijiem wara li kien itajjar minn vettur fit-Triq Labour Avenue Naxxar, meta kien sejjer lejn id-dar tal-Ġenituri tiegħu.
L-Imħallef Lawrence Mintoff ra rapporti mediċi tal-vittma li sovra minn emoraġija fil-moħħ, ksur, ġrieħi f’rasu u sidru.
F’affidavit, is-sewwieqa li ittajret lill-vittma, Dulcinea Micallef qalet li ħasbet li xi ħaġa waqgħet mis-sema. Iżda x’ħin irrealizat li tajret lil vittma qabdet tgħajjat u kienet taħt xokk. Hija baqghet trawmattizata mill-inċident u waqfet milli issuq.
Fis-sentenza tagħha il-qorti qalet li huwa ċar li s-sewwieqa naqset milli tosserva regola importanti tas-sewqan; dik li tara x’inhu jiġri fil-viċinanza tagħha.
Għaldaqstant, il-qorti sabet li s-sewwieqa għandha tassumi ir-responsabillita ta’ dan l-inċident u ġiet ordnata tagħti kumpens ta’ €106,000 lill-familjari.