Il-Jum Dinji tad-Dijabete huwa jum ta’ għarfien internazzjonali ddedikat għall-problema globali tad-dijabete. Kull sena l-Għaqda tal-Istudenti tal-Mediċina ta’ Malta (MMSA) tingħaqad mal-kumplament tad-dinja sabiex tikkumbatti id-dijabete permezz ta’ sensiela ta’ attivitajiet biex iżżid l-għarfien u l-fehim dwar kif wieħed jista’ jipprevjeni jew jikkontrolla d-dijabete.
Huwa stmat li iktar minn 10% tal-adulti Maltin isoffru mid-dijabete u numru ta’ dawn lanqas jafu li għandhom din il-kundizzjoni. Għalkemm id-dijabete tal-ewwel tip ma jistax ikun ipprevenut, iddijabete tat-tieni tip jista’ jkun ipprevenut effetivament jekk persuna tieħu ħsieb saħħitha f’dak li tiekol u tagħmel.
L-MMSA World Diabetes Day hija attivita’ annwali, li dis-sena ħa ssir fis-17 ta’ Novembru bejn 9am u 2pm fit-Triq ir-Repubblika, il-Belt. Hija miftuħa għal pubbliku kollu. Testijiet taz-zokkor u pressjoni fid-demm, kif ukoll testijiet ta’ Body Mass Index (BMI) ħa jingħataw b’xejn, kif ukoll eżaminazzjoniet tas-saqajn peress li waħda mil- kumplikazzjoniet assoċjata mad-dijabete hija l-problemi fis-saqajn.
Barra minn hekk, ħa jkun hemm klassi taż-‘Żumba’, stands bl-informazzjoni dwar iż-żewġ tipi ta dijabete, kif ukoll fuq id-dijabete tat-tqala, u anki sezzjoni ddedikata għat-tfal biex jitgħallmu fuq il-kundizzjoni b’mod interattiv. Matul il-ġurnata ser ikunu qed iseħħu wkoll xi kompetizzjonijiet, fosthom quiz u kompetizzjoni tar-ritratti.
Apparti mill-attitivita’ ġewwa l-Belt, ħa nkunu qed norganizzaw laqgħa dwar id- dijabete, fejn ser ikunu qed jitkelmu s-speċjalisti kif ukoll ser jiġu jingħataw it-testijiet taz-zokkor, pressjoni u BMI b’xejn.
Din ser isseħħ fil-21 ta’ Novembru fil-Mosta fis-7pm. Id-dijabete huwa realta’ għal ħafna min-nies, u se jkun realta’ għal ħafna ohra jekk m’hemmx tibdil fil-ħajja u l-attitudni tan-nies meta tiġi għal saħħithom.
Għal iktar informazzjoni, tista’ żżur dawn il-links: https://www.facebook.com/events/573121036466855/
Facebook page: https://www.facebook.com/mmsa.scoph/