L-Arċipriet il-ġdid taż-Żebbuġ Għawdex, Dun Ġwann Sultana daħal fil-parroċċa l-ġdida tiegħu permezz ta’ Porshe miġbuda b’ħabel minn numru ta’ tfal tal-iskola.
Huwa twassal saż-Żebbuġ permezz ta’ karozza antika skortata minn żewġ muturi tal-Pulizija u akkumpanjata minn karozza lussuża oħra li bdiet issegwihom fit-triq. Dun Sultana, ġie ordnat qassis f’Ġunju tan-1996 u beda bix-xogħol Pastorali tiegħu f’Ruma. Huwa ġie lura Malta sentejn wara u beda jieħu ħsieb il-komunita ta’ San Anton fix-Xagħra.
Huwa kien appuntat ukoll bħala Direttur fl-istamperija tal-Arċidjoċesi Għawdxija filwaqt li kien appuntat kanonku tal-parroċċa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra.
Filmat: Carmel Saliba