13-il katavru ieħor instab f’Kalifornja, biex b’hekk, l-ammont ta’ nies mejta kawża tan-nirien li ħakmu l-Istat Amerikan issa huwa ta’ 42. Ħafna mill-mejtin kienu residenti fil-villaġġ ta’ Paradise fit-Tramuntana tal-istat.
Minn tal-anqas 228 persuna għadhom nieqsa u qed jiġu mfittxija mill-Pulizija. 7,200 binja nqerdet għalkollox, u 15,500 huma f’riskju li jinqerdu.
Huwa stmat li 250,000 persuna kellhom iħalllu djarhom u jfittxu post aktar sikur fejn jgħixu.